Category: Avviż dwar il-privatezza – Elettriku

Bħala entità li tipprovdi s-servizz tad-dawl, aħna regolarment niġbru data personali abbażi tas-servizzi tagħna u l-obbligi legali tagħna.

Tipikament, niġbru data personali:

  • Minn formoli mimlija u mibgħuta lilna jew lill-ARMS Ltd,
  • Mis-siti elettroniċi tagħna jew tal-ARMS Ltd,
  • Mis-social media taż-żewġ entitajiet li juża’ l-individwu sabiex jikkomunika mal-entità rispettiva,
  • Mit-telefonati/emails/żjarat li jidħlu fid-Dipartiment tas-Servizzi għall-Konsumatur tagħna jew tal-ARMS Ltd.

Ġeneralment, int tkun ipprovdejt id‑data personali tiegħek direttament lilna jew ġiet mgħoddija data personali tiegħek mingħand is‑sid tal‑kont jew permezz tal‑kumpanija ARMS Ltd. Inti wkoll mitlub ġentilment li tinfurmana kull meta jkun hemm tibdil fid-data personali tiegħek.