Taħlita ta’ sorsi ta’ l-enerġija fornuta minn Enemalta plc. fl- 2024
Il-‘Fuel Mix’ hija it-taħlita tal-fjuwils jew sorsi ta’ enerġija differenti li Enemalta plc. tuża biex tipprovdi l-elettriku lill-klijenti tagħha. It-taħlita tal-fjuwil għall-enerġija distribwita minn Enemalta plc. lill-klijenti Maltin għas-sena 2023 tidher fir-rappreżentazzjoni grafika u fit-tabella t’hawn taħt. Inkluż f’din it-tabella hemm ukoll ‘ic-CO2 emission factor’ li jikkorrispondi ma’ din it-taħlita tal-fjuwil. Għal aktar informazzjoni dwar l-impatt ambjentali tal-provvista tal-elettriku tiegħek, jekk jogħġbok żur is-sit www.enemalta.com.mt jew ċempel fuq 80072224. Enemalta plc. tgħamel mil-aħjar biex iżżomm taħlita sigura ta’ sorsi tal-enerġija biex tiżgura forniment affidabbli tas-servizz tal-elettriku, filwaqt li tissodisfa l-limiti tal-emissjonijiet stabbiliti mill-Unjoni Ewropea.
Taħlita tal-fjuwil għall-enerġija distribwita minn Enemalta plc.
Sorsi Primarji: | 2022 | 2023 |
---|---|---|
▪ Gass Naturali | 69.09% | 60.00% |
▪ Sorsi Rinovabbli | 7.48% | 7.30% |
▪ Prodotti Petroliferi | 0.58% | 0.26% |
▪ Interconnector* | 22.85% | 32.44% |
* Sorsi tal-Interconnector: | 2023 | 2024 |
---|---|---|
▪ Gass Naturali | 58.22% | 66.51% |
▪ Sorsi Rinovabbli | 7.28% | 8.04% |
▪ Faħam | 22.77% | 11.88% |
▪ Prodotti Petroliferi | 3.76% | 1.11% |
▪ Enerġija nukleari | 4.40% | 5.03% |
▪ Sorsi oħrajn | 3.57% | 7.43% |
L-Impatt ambjentali ta’ l-elettriku distribwit minn Enemalta plc.
2023 | 2024 | |
---|---|---|
▪Fattur ta’ emmisjonijiet ta’ CO2 | 396g/kWh | 389g/kWh |
- L-informazzjoni għas-sena 2024 hija proviżorja u tista’ tkun suġġetta għal reviżjoni.
Għal aktar informazzjoni fuq l-impatt ambjentali ta’ l-elettriku fornut jekk jogħġbok żur is-sit www.enemalta.com.mt jew ċempel fuq 8000 2224 .