Id‑data personali tal‑konsumaturi li ġeneralment niġbru u nipproċessaw tinkludi:
- Isem,
 - Kunjom,
 - Numru tal‑Karta tal‑Identità/numru tal‑Passaport
 - u n-numru tad-dokument assoċjat (dan id-dokument jintuża biex tiġi vverifikata l-identità tal-individwu: (i) fl-uffiċċji tagħna jintalab id-dokument oriġinali meta tiġi sottomessa applikazzjoni jew talba għal informazzjoni; jew (ii) f’każ ta’ email/posta, tintalab li tiġi sottomessa kopja ma’ applikazzjoni jew talba għal informazzjoni, liema kopja tad-dokument tiġi mħassra wara li ssir il-verifika neċessarja),
 - Indirizz,
 - Numru ta’ kuntatt,
 - Indirizz elettroniku,
 - Qari tal‑arloġġ (meter),
 - Data fuq il-pożizzjonament tal-meter,
 - Informazzjoni dwar kontijiet,
 - Numru tal‑kont u tal‑meter.
 
Jista’ jagħti każ li tinġabar aktar informazzjoni għal sitwazzjonijiet speċifiċi.
Tinġabar ukoll data personali ta’ persuni li joqogħdu fl‑istess residenza/binja, persuni li jistgħu jipprovdu aċċess għar‑residenza/binja u persuni li jispezzjonaw u/jew jiċċertifikaw l‑installazzjonijiet tal-elettriku u tal‑ilma.