Category: Avviż dwar il-privatezza – Elettriku

Id‑data personali tiegħek ma tintużax sabiex tittieħed deċiżjoni biss fuq il‑bażi ta’ proċessi awtomatizzati, inkluż tfassil ta’ profili.

Fl‑interess tat‑trasparenza, ta’ min jinnota li aħna nużaw sistemi li jistgħu joħolqu profil fuqek. L‑iskop ta’ sistemi bħal dawn huwa li jiġi analizzat il‑konsum tal‑elettriku tiegħek sabiex niżguraw li tirċievi servizz ta’ kwalità. Dawn is‑sistemi jistgħu jintużaw ukoll sabiex jiġi identifikat konsum abnormali tal‑elettriku u attivitajiet irregolari. L‑ebda deċiżjoni awtomatizzata mhi se tirriżulta mill‑użu ta’ dawn is‑sistemi.