Category: Avviż dwar il-Privatezza għall-Viżitaturi

Aħna nipproċessaw id-data personali tiegħek fuq bażijiet ta’ legalità tal-ipproċessar imsemmijin hawn taħt:

Żona Bażi Legali Aktar informazzjoni
Kontroll tal-aċċess Interess leġittimu tagħna għal raġunijiet ta’ sigurtà u saħħa u obbligi legali imposti fuqna Huwa fl-interess leġittimu tal-Enemalta li tikkontrolla d-dħul u l-ħruġ tal-viżitaturi ġewwa s-siti tagħha għal skopijiet ta’ sigurtà u saħħa. Dan l-ipproċessar huwa wkoll obbligu legali impost fuq l-Enemalta skont L.S. 499.35 (Regolamenti dwar is-Sigurtà fil-Portijiet) u L.S. 460.24 (Ordni dwar Infrastruttura Kritika u Infrastruttura Kritika Ewropea (Identifikazzjoni, Indikazzjoni u Protezzjoni)).
CCTV Interess leġittimu tagħna għal raġunijiet ta’ sigurtà u saħħa u obbligi legali imposti fuqna Huwa fl-interess leġittimu tal-Enemalta li tassigura ruħha li l-assi tagħha huma taħt sorveljanza għal skopijiet ta’ sigurtà u biex tassigura ruħha li hemm ambjent sigur għal kull min jaċċessa s-siti tagħha.  Dan l-ipproċessar huwa wkoll obbligu legali impost fuq l-Enemalta skont L.S. 499.35 (Regolamenti dwar is-Sigurtà fil-Portijiet) u L.S. 460.24 (Ordni dwar Infrastruttura Kritika u Infrastruttura Kritika Ewropea (Identifikazzjoni, Indikazzjoni u Protezzjoni)).
Reġistru tal-viżitaturi Interess leġittimu tagħna għal raġunijiet ta’ sigurtà u saħħa u obbligi legali imposti fuqna Huwa fl-interess leġittimu tal-Enemalta li tikkontrolla d-dħul u l-ħruġ ġewwa s-siti tagħha għal skopijiet ta’ sigurtà u saħħa. Dan l-ipproċessar huwa wkoll obbligu legali impost fuq l-Enemalta skont L.S. 499.35 (Regolamenti dwar is-Sigurtà fil-Portijiet), L.S. 424.19 (Regolamenti dwar il-Kontroll ta’ Perikli ta’ Inċidenti Kbar), L.S. 234.49 (Regolamenti dwar Bastimenti Merkantili (Investigazzjoni dwar Accident and Incident Safety), L.S. 435.49 (Regolamenti għall-Prevenzjoni u l-Kontroll Integrati tat-Tniġġis) u L.S. 460.24 (Ordni dwar Infrastruttura Kritika u Infrastruttura Kritika Ewropea (Identifikazzjoni, Indikazzjoni u Protezzjoni)).
Rapportaġġ ta’ korrimenti u inċidenti Obbligi legali imposti fuqna Dan l-ipproċessar huwa wkoll obbligu legali impost fuq l-Enemalta skont L.S. 424.19 (Regolamenti dwar il-Kontroll ta’ Perikli ta’ Inċidenti Kbar) u L.S. 435.49 (Regolamenti għall-Prevenzjoni u l-Kontroll Integrati tat-Tniġġis).
Monitoraġġ tat-temperatura fid-dħul u r-rifjut tad-dħul jekk tali temperatura tkun ogħla minn 37 gradi Celsius Interess leġittimu tagħna li nipprevenu l-imxija tal-koronavirus u sabiex nissalvagwardjaw l-operat tagħna u s-saħħa u s-sigurtà tal-impjegati tagħna Dan l-ipproċessar huwa bbażat fuq rakkomandazzjonijiet mill-Awtoritajiet tas-saħħa pubblika sabiex nipprevenu l-imxija tal-koronavirus u sabiex nissalvagwardjaw l-operat tal-Enemalta, li tipprovdi servizz essenzjali, kif ukoll sabiex nissalvagwardjaw is-saħħa u s-sigurtà tal-impjegati tagħna.

 

Fuq il-bażi tal-interessi leġittimi tagħna jew konformità ma’ obbligi legali imposti fuqna, kif applikabbli, nistgħu wkoll nipproċessaw id-data personali tiegħek bl-għan li nistabbilixxu, neżerċitaw jew niddefendu proċeduri ġudizzjarji.

Aħna se niżguraw li jkollna raġunijiet validi u addizzjonali għall-ipproċessar tad-data personali tiegħek f’każ li niġu affaċċjati bl-ipproċessar ta’ data li tiġi kklassifikata bħala kategorija speċjali. Ta’ min jinnota li kategoriji speċjali tad-data personali jinkludu data li tiżvela l-oriġini ta’ razza jew etniċità tiegħek, opinjonijiet politiċi, twemmin reliġjuż jew filosofiku, sħubija fi trade unions, data ġenetika, bijometrika jew ta’ saħħa, orjentazzjoni sesswali u data rigward kundanni kriminali u reati jew miżuri ta’ sigurtà relatati. L-ipproċessar ta’ kategoriji speċjali tad-data personali tiegħek mhux previst sakemm ma jkollniex raġuni sabiex nibdew/nistitwixxu proċedimenti jew investigazzjonijiet fir-rigward ta danni fuq il-proprjetà tagħna, jew assi, jew attività kriminali fis-siti tagħna.