Category: Avviż dwar il-privatezza – Elettriku

Aħna nipproċessaw id‑data personali tiegħek fuq bażijiet ta’ legalità tal-ipproċessar imsemmijin hawn taħt:

  • Id-dħul f’kuntratt u l‑eżekuzzjoni tiegħu – b’mod partikolari biex nipprovdulek is‑servizzi li tixtieq mingħandna. Jekk ma nipproċessawx abbażi ta’ din il‑bażi jkun ifisser li ma nkunux nistgħu nonoraw il‑kuntratt tagħna miegħek,
  • L‑interessi leġittimi tagħna għal raġunijiet ta’ sigurtà u sikurezza u sabiex nissalvagwardjaw id-drittijiet tagħna f’każijiet ta’ arbitraġġ/proċeduri legali u kwalunkwe interess leġittimu ieħor li jista’ jkollna relatat mas‑servizzi pprovduti. Meta nipproċessaw id‑data personali tiegħek fuq il‑bażi ta’ interessi leġittimi aħna niżguraw li l‑interessi u d‑drittijiet tiegħek ma jiġux preġudikati,
  • Konformità mal‑obbligi legali imposti fuqna – b’mod partikolari minħabba obbligi imposti fuqna bħala riżultat tal‑provvista tas‑servizzi tal‑elettriku,
  • Il-kunsens provdut minnek – meta inti pprovdejt kunsens espliċitu rigward proċessar speċifiku tad-data personali tiegħek, u
  • Minħabba li aħna nipproċessaw id‑data personali tiegħek bl‑għan li nipprovdu s‑servizz tal‑elettriku fuq bażi nazzjonali, jista’ jkun hemm każijiet fejn nistgħu wkoll niddependu fuq l‑interess pubbliku fl‑ipproċessar tad‑data tiegħek, minħabba twettiq ta’ kompitu li jsir fl‑interess pubbliku.

Fuq il‑bażi tal‑interessi leġittimi tagħna jew konformità ma’ obbligi legali, kif applikabbli, nistgħu wkoll nipproċessaw id‑data personali tiegħek bl‑għan li nistabbilixxu, neżerċitaw jew niddefendu proċeduri ġudizzjarji.

Aħna se niżguraw li jkollna raġunijiet validi u addizzjonali, għall‑ipproċessar tad‑data personali tiegħek f’każ li niġu affaċċjati bl‑ipproċessar ta’ data li tiġi kklassifikata bħala kategorija speċjali. Ta’ min jinnota li kategoriji speċjali tad‑data personali jinkludu data li tiżvela l‑oriġini ta’ razza jew etniċità tiegħek, opinjonijiet politiċi, twemmin reliġjuż jew filosofiku, sħubija fi trade unions, data ġenetika, bijometrika jew ta’ saħħa, orjentazzjoni sesswali u data rigward kundanni kriminali u reati jew miżuri ta’ sigurtà relatati. L‑ipproċessar ta’ kategoriji speċjali tad‑data personali tiegħek mhux previst sakemm ma jkollniex raġuni sabiex nibdew/nistitwixxu proċedimenti jew investigazzjonijiet fir‑rigward tas‑serq tas‑servizzi tagħna.