Avviż Dwar il Privatezza – Konsumaturi tal-Elettriku u tal-Ilma

Aħna, Enemalta plc (“Enemalta”), kumpanija pubblika bin‑numru ta’ reġistrazzjoni C 65836 u bl‑indirizz reġistrat, Triq Belt il-Hażna, Marsa, MRS 1571, Malta  u l‑Korporazzjoni għas‑Servizz tal‑Ilma (“KSI”), imwaqqfa permezz tal‑Kapitlu 355 tal‑liġijiet ta’ Malta, bl‑indirizz reġistrat, Triq Ħal Qormi, Ħal Luqa, LQA 9043, nipproċessaw b’mod konġunt id‑data personali tiegħek bl‑għan li nipprovdulek is‑servizzi tal‑elettriku u tal-ilma.

Aħna nikkommettu ruħna li nirrispettaw il‑privatezza tiegħek.

Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar l‑ipproċessar tad‑data personali tiegħek inti mitlub/a tikkuntattja lill‑:

  • Enemalta fuq l‑indirizz Bini Amministrattiv, il-Moll tal-Knisja, il-Marsa, MRS 1000 jew l‑email [email protected] jew bit‑telefown fuq 8000 2224,
  • KSI fuq l‑indirizz indikat hawn fuq jew l-email [email protected] jew bit‑telefown fuq 8007 6400.

Jistgħu wkoll jiġu kkuntattjati l‑Uffiċjali responsabbli mill‑Protezzjoni tad‑Data tal‑Enemalta u tal‑KSI.

L‑Uffiċjal responsabbli mill‑Protezzjoni tad‑Data tal‑Enemalta jista’ jiġi kkuntattjat fuq l-email [email protected] jew +356 2298 0583.

L‑Uffiċjal responsabbli mill‑Protezzjoni tad‑Data tal‑KSI jista’ jiġi kkuntattjat fuq l-email [email protected] jew +356 2244 3240.

L‑Automated Revenue Management Services Limited (“ARMS Ltd”), kumpanija mwaqqfa skont il‑liġijiet ta’ Malta, bin‑numru ta’ reġistrazzjoni C 46054 u bl‑indirizz reġistrat, Gattard House, Triq Nazzjonali, Il‑Blata l‑Bajda, ĦMR 9010, ġiet maħtura minna bħala proċessur tad‑data personali tiegħek bl‑għan li tipprovdi l‑qari tal‑arloġġi, iż‑żamma tal‑kontijiet, għas‑servizzi tal‑ġbir ta’ pagamenti u funzjonijiet oħra anċillari ma’ tali servizzi.

Bħala proċessur tagħna, ARMS Ltd tipproċessa biss id‑data personali tiegħek għan‑nom tagħna u fuq l‑istruzzjonijiet tagħna.

ARMS Ltd tista’ tiġi kkuntattjata fuq l‑indirizz indikat hawn fuq jew permezz tal‑email [email protected] jew bit‑telefown fuq 8000 2222. L‑Uffiċjal responsabbli mill‑Protezzjoni tad‑Data ta’ ARMS Ltd jista’ jiġi kkuntattjat fuq l-email [email protected] jew fuq  +356 22452725.

Jekk jogħġbok aqra bir‑reqqa l‑Avviż Dwar il‑Privatezza sabiex tifhem il‑prattiċi tagħna vis‑à‑vis id‑data personali tiegħek.

[ultimate-faqs include_category=’avviz-dwar-il-privatezza-ilma-u-elettriku’]

Aġġornat l-aħħar fil-17 ta’ Frar, 2021.