Avviż dwar il-privatezza – Konsumaturi tal-Elettriku

Aħna, Enemalta plc (“Enemalta”), kumpanija pubblika bin-numru ta’ reġistrazzjoni C 65836 u bl‑indirizz reġistrat Triq Belt il-Ħażna, Marsa, MRS 1571, Malta, nipproċessaw id-data personali tiegħek bl-għan li nipprovdulek is-servizz tal-elettriku.

Aħna nikkommettu ruħna li nirrispettaw il-privatezza tiegħek.

Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar l-ipproċessar tad-data personali tiegħek inti mitlub/a tikkuntattja lill-Enemalta fuq l-indirizz Bini Amministrattiv, il-Moll tal-Knisja, il-Marsa, MRS 1000, jew permezz tal‑indirizz elettroniku fuq  [email protected] jew bit-telefown fuq 8000 2224.

L-Uffiċjal responsabbli mill-Protezzjoni tad-Data tal-Enemalta jista’ jiġi kkuntattjat permezz tal-email [email protected] jew bit-telefown fuq +356 2298 0583.

L‑Automated Revenue Management Services Limited (“ARMS Ltd”), kumpanija mwaqqfa skont il‑liġijiet ta’ Malta, bin‑numru ta’ reġistrazzjoni C 46054 u bl‑indirizz reġistrat, Gattard House, Triq Nazzjonali, Il‑Blata l‑Bajda, ĦMR 9010, ġiet maħtura minna bħala proċessur tad‑data personali tiegħek bl‑għan li tipprovdi l‑qari tal‑arloġġi, iż‑żamma tal‑kontijiet, għas‑servizzi tal‑ġbir ta’ pagamenti u funzjonijiet oħra anċillari ma’ tali servizzi.

Bħala proċessur tagħna, ARMS Ltd tipproċessa biss id-data personali tiegħek għan-nom tagħna u fuq l-istruzzjonijiet tagħna.

ARMS Ltd tista’ tiġi kkuntattjata fuq l‑indirizz indikat hawn fuq jew permezz tal‑email [email protected] jew bit‑telefown fuq 8000 2222. L‑Uffiċjal responsabbli mill‑Protezzjoni tad‑Data ta’ ARMS Ltd jista’ jiġi kkuntattjat fuq l-email [email protected] jew fuq in‑numru tat‑telefown +356 2245 2725. 

Jekk jogħġbok aqra bir‑reqqa l‑Avviż Dwar il‑Privatezza sabiex tifhem il‑prattiċi tagħna vis‑à‑vis id‑data personali tiegħek.

[ultimate-faqs include_category=’avviz-dwar-il-privatezza-elettriku’]

Aġġornat l-aħħar fl-17 ta’ Frar 2021