Avviż dwar il-Privatezza għall-Viżitaturi

 

Aħna, Enemalta plc (“Enemalta”), kumpanija pubblika bin-numru ta’ reġistrazzjoni C 65836 u bl-indirizz reġistrat, Triq Belt il-Ħażna, Marsa, MRS 1571, Malta nipproċessaw id-data personali tiegħek meta żżur is-siti tagħna ġewwa l-Marsa u/jew Delimara.

Aħna nikkommettu ruħna li nirrispettaw il-privatezza tiegħek.

Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar l-ipproċessar tad-data personali tiegħek, inti mitlub/a tikkuntattjana fuq l‑indirizz Bini Amministrattiv, Il-Moll tal-Knisja, Marsa, MRS 1000, Malta jew permezz tal-indirizz elettroniku fuq customercare.em@enemalta.com.mt jew bit-telefown fuq 8007 2224.

L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Enemalta tista’ tiġi kkuntattjata fl-istess indirizz jew permezz tal-indirizz elettroniku dpo.em@enemalta.com.mt jew +356 2298 0583.

Jekk jogħġbok aqra bir-reqqa l-Avviż dwar il-Privatezza sabiex tifhem il-prattiċi tagħna vis‑à‑vis id-data personali tiegħek.

Aħna nistgħu naġġornaw dan l-Avviż Dwar il-Privatezza fid-diskrezzjoni tagħna u b’riżultat ta’ bidla fil-liġi applikabbli jew attivitajiet tal-ipproċessar. Aġġornamenti b’riżultat ta’ bidla fil-liġi jew attivitajiet tal-ipproċessar jiġu kkomunikati lilek qabel il-bidu tal-attività rilevanti tal-ipproċessar.

It-terminu “data personali” jirreferi għal kull informazzjoni li biha persuna tista’ tkun identifikata, bħal isem, kunjom, numru ta’ identifikazzjoni, numru tar-reġistrazzjoni tal-vettura u kull informazzjoni li tista’ tirrendi lilek personalment identifikabbli.

Aħna regolarment niġbru d-data personali bħala parti mill-obbligi legali tagħna u interessi ta’ sigurtà. Tipikament, meta int iżżur is-siti tagħna, aħna niġbru d-data personali tiegħek permezz ta’:

  • email ta’ notifika li mitluba tintbagħat minn qabel sabiex nawtorizzaw id-dħul tiegħek fis-siti tagħna u li tali informazzjoni tiġi rreġistrata fid-database għall-kontrolli tal-aċċess interna tagħna;
  • rekord tal-informazzjoni personali tiegħek fis-sistema għall-immaniġġjar tal-viżitaturi (li tiddaħħal mill-uffiċjal tas-sigurtà b’mod elettroniku fit-tablet jew manwalment fil-ktieb tal-viżitaturi sabiex titħalla tidħol fis-siti tagħna);
  • kwalunkwe rapport ta’ korriment/inċident li jistgħu jimtlew f’każ li jkun hemm inċident/korriment fi ħdan is-siti tal-Enemalta li jinvolvu direttament jew indirettament lilek;
  • sistema awtomatika ta’ rikonoxximent tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni tal-vettura għall-kontroll tal-aċċess tal-vetturi; u
  • filmati tas-CCTV f’numru ta’ żoni fis-siti tagħna.

Ġeneralment, int tkun tajt id-data personali tiegħek direttament lilna.

Jista’ jkun li d-data personali tiegħek tiġi pprovduta lilna minn terzi persuni li jinkludu l-kumpanija li għala qed toffri servizz/i fis-siti tagħna, min iħaddmek jew kollegi tiegħek, tipikament fl-email ta’ notifika meħtieġa sabiex titħalla tidħol fis-siti tagħna.

Id-data personali tal-viżitaturi li ġeneralment niġbru u nipproċessaw tinkludi:

  • Isem
  • Kunjom
  • Numru tal-Karta tal-Identità/numru tal-Passaport
  • Kumpanija
  • Ritratt tal-Passaport (jekk noħorġu cards temporanji)
  • Nazzjonalità
  • Numru tar-reġistrazzjoni tal-vettura
  • Ħinijiet ta’ dħul/ħruġ mis-siti
  • Filmati/stampi mis-CCTV
  • Monitoraġġ tat-temperatura kif tidħol (u r-rifjut tad-dħul jekk tali temperatura tkun ogħla minn 37 gradi Celsius (l-ebda rekord ma jinżamm)

Irrispettivament minn kif inkunu ġbarna l-informazzjoni personali tiegħek, nipproċessaw it-tali informazzjoni għall-finijiet ta’ kontroll tal-aċċess fis-siti tagħna għal skopijiet ta’ sigurtà inkluż prevenzjoni ta’ kriminalità u skopijiet ta’ saħħa u sigurtà.

Aħna nipproċessaw id-data personali tiegħek fuq bażijiet ta’ legalità tal-ipproċessar imsemmijin hawn taħt:

Żona Bażi Legali Aktar informazzjoni
Kontroll tal-aċċess Interess leġittimu tagħna għal raġunijiet ta’ sigurtà u saħħa u obbligi legali imposti fuqna Huwa fl-interess leġittimu tal-Enemalta li tikkontrolla d-dħul u l-ħruġ tal-viżitaturi ġewwa s-siti tagħha għal skopijiet ta’ sigurtà u saħħa. Dan l-ipproċessar huwa wkoll obbligu legali impost fuq l-Enemalta skont L.S. 499.35 (Regolamenti dwar is-Sigurtà fil-Portijiet) u L.S. 460.24 (Ordni dwar Infrastruttura Kritika u Infrastruttura Kritika Ewropea (Identifikazzjoni, Indikazzjoni u Protezzjoni)).
CCTV Interess leġittimu tagħna għal raġunijiet ta’ sigurtà u saħħa u obbligi legali imposti fuqna Huwa fl-interess leġittimu tal-Enemalta li tassigura ruħha li l-assi tagħha huma taħt sorveljanza għal skopijiet ta’ sigurtà u biex tassigura ruħha li hemm ambjent sigur għal kull min jaċċessa s-siti tagħha.  Dan l-ipproċessar huwa wkoll obbligu legali impost fuq l-Enemalta skont L.S. 499.35 (Regolamenti dwar is-Sigurtà fil-Portijiet) u L.S. 460.24 (Ordni dwar Infrastruttura Kritika u Infrastruttura Kritika Ewropea (Identifikazzjoni, Indikazzjoni u Protezzjoni)).
Reġistru tal-viżitaturi Interess leġittimu tagħna għal raġunijiet ta’ sigurtà u saħħa u obbligi legali imposti fuqna Huwa fl-interess leġittimu tal-Enemalta li tikkontrolla d-dħul u l-ħruġ ġewwa s-siti tagħha għal skopijiet ta’ sigurtà u saħħa. Dan l-ipproċessar huwa wkoll obbligu legali impost fuq l-Enemalta skont L.S. 499.35 (Regolamenti dwar is-Sigurtà fil-Portijiet), L.S. 424.19 (Regolamenti dwar il-Kontroll ta’ Perikli ta’ Inċidenti Kbar), L.S. 234.49 (Regolamenti dwar Bastimenti Merkantili (Investigazzjoni dwar Accident and Incident Safety), L.S. 435.49 (Regolamenti għall-Prevenzjoni u l-Kontroll Integrati tat-Tniġġis) u L.S. 460.24 (Ordni dwar Infrastruttura Kritika u Infrastruttura Kritika Ewropea (Identifikazzjoni, Indikazzjoni u Protezzjoni)).
Rapportaġġ ta’ korrimenti u inċidenti Obbligi legali imposti fuqna Dan l-ipproċessar huwa wkoll obbligu legali impost fuq l-Enemalta skont L.S. 424.19 (Regolamenti dwar il-Kontroll ta’ Perikli ta’ Inċidenti Kbar) u L.S. 435.49 (Regolamenti għall-Prevenzjoni u l-Kontroll Integrati tat-Tniġġis).
Monitoraġġ tat-temperatura fid-dħul u r-rifjut tad-dħul jekk tali temperatura tkun ogħla minn 37 gradi Celsius Interess leġittimu tagħna li nipprevenu l-imxija tal-koronavirus u sabiex nissalvagwardjaw l-operat tagħna u s-saħħa u s-sigurtà tal-impjegati tagħna Dan l-ipproċessar huwa bbażat fuq rakkomandazzjonijiet mill-Awtoritajiet tas-saħħa pubblika sabiex nipprevenu l-imxija tal-koronavirus u sabiex nissalvagwardjaw l-operat tal-Enemalta, li tipprovdi servizz essenzjali, kif ukoll sabiex nissalvagwardjaw is-saħħa u s-sigurtà tal-impjegati tagħna.

 

Fuq il-bażi tal-interessi leġittimi tagħna jew konformità ma’ obbligi legali imposti fuqna, kif applikabbli, nistgħu wkoll nipproċessaw id-data personali tiegħek bl-għan li nistabbilixxu, neżerċitaw jew niddefendu proċeduri ġudizzjarji.

Aħna se niżguraw li jkollna raġunijiet validi u addizzjonali għall-ipproċessar tad-data personali tiegħek f’każ li niġu affaċċjati bl-ipproċessar ta’ data li tiġi kklassifikata bħala kategorija speċjali. Ta’ min jinnota li kategoriji speċjali tad-data personali jinkludu data li tiżvela l-oriġini ta’ razza jew etniċità tiegħek, opinjonijiet politiċi, twemmin reliġjuż jew filosofiku, sħubija fi trade unions, data ġenetika, bijometrika jew ta’ saħħa, orjentazzjoni sesswali u data rigward kundanni kriminali u reati jew miżuri ta’ sigurtà relatati. L-ipproċessar ta’ kategoriji speċjali tad-data personali tiegħek mhux previst sakemm ma jkollniex raġuni sabiex nibdew/nistitwixxu proċedimenti jew investigazzjonijiet fir-rigward ta danni fuq il-proprjetà tagħna, jew assi, jew attività kriminali fis-siti tagħna.

Ir-riċevituri tad-data personali tiegħek huma:

  • individwi magħżulin fi ħdan il-kumpanija tagħna, fuq bażi need-to-know;
  • terzi persuni li jista’ jkollna niżvelaw l-informazzjoni magħhom b’konsegwenza ta’ obbligi legali imposti fuqna;
  • jekk qed tidħol fis-sit ta’ Delimara:
    • terzi persuni li qed joperaw fl-istess sit ta’ Delimara, u li jista’ jkollhom bżonn aċċess għal din l-informazzjoni b’konsegwenza ta’obbligi legali imposti fuqhom;
    • terzi persuni li qed joffrulna servizzi ta’ sigurtà fis-sit ta’ Delimara; u
  • jekk hu meħtieġ, lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi.

Aħna ma niżvelawx id-data personali tiegħek ma’ entitajiet li jinsabu barra mill-Unjoni Ewropea jew miż-Żona Ekonomika Ewropea.

Id-data personali tiegħek ma tintużax sabiex tittieħed deċiżjoni biss fuq il-bażi ta’ proċessi awtomatizzati, inkluż tfassil ta’ profili.

Aħna nżommu d-data personali tiegħek biss għall-perjodu li matulu aħna legalment nistgħu nagħmlu dan. Mid-data tal-iskadenza ‘l quddiem, id-data personali tiegħek tinqered immedjatament u b’mod irrevokabbli.

Jista’ jkollna interess leġittimu li nżommu d-data tiegħek għal perjodi itwal bħal meta d-data tiegħek hija meħtieġa għall-eżerċizzju jew għad-difiża ta’ pretensjonijiet legali.

Sakemm aħna nżommu d-data personali tiegħek, id-drittijiet fir-rigward tad-data personali tiegħek huma s-segwenti:

  • Id-dritt ta’ aċċess – għandek id-dritt li tivverifika d-data personali li aħna nżommu dwarek u li tirċievi kopja ta’ din id-data personali;
  • Id-dritt għal tħassir – f’ċerti ċirkostanzi tista’ titlobna li nħassru d-data personali li għandna dwarek;
  • Id-dritt ta’ oġġezzjoni – għandek id-dritt li toġġezzjona u li titlob li nwaqqfu l-ipproċessar tad-data personali tiegħek fejn aħna niddependu fuq l-interessi leġittimi tagħna jew ta’ terzi persuni għall-ipproċessar tad-data personali tiegħek jew ta’ kompitu mwettaq fl-interess pubbliku;
  • Id-dritt għar-rettifika – għandek id-dritt li taġġorna jew tikkoreġi kwalunkwe data personali li mhix preciża li aħna nżommu dwarek;
  • Id-dritt għar-restrizzjoni tal-ipproċessar – għandek id-dritt li titlob li nwaqqfu l-użu tad-data personali tiegħek f’ċerti ċirkostanzi inkluż jekk inti temmen li aħna qed nipproċessawha illegalment jew jekk id-data personali li għandna dwarek mhix preċiża; u
  • Id-dritt li tkun infurmat dwar is-sors – fejn id-data personali li għandna dwarek ma ġietx ipprovduta lilna direttament minnek, jista’ jkollok ukoll id-dritt li tkun infurmat dwar is-sors li minnu toriġina d-data personali tiegħek.

Id-drittijiet tiegħek fir-rigward tad-data personali tiegħek mhumiex assoluti.

Jekk beħsiebek teżerċita wieħed jew aktar mid-drittijiet tiegħek, għandek tavviċina lill-Enemalta fuq il-kuntatti msemmija iżjed qabel.

M’hemmx għalfejn tħallas biex taċċessa d-data personali tiegħek (jew biex teżerċita d-drittijiet speċifikati hawn fuq). Madankollu, aħna nistgħu nitolbu ħlas raġonevoli jekk it‑talba tiegħek tkun manifestament bla bażi jew eċċessiva, b’mod partikolari minħabba natura ripetittiva. F’dawn iċ‑ċirkostanzi, aħna nirriżervaw id‑dritt li nirrifjutaw li nilqgħu t‑talba tiegħek.

M’għandekx għalfejn tħallas tariffa biex ikollok aċċess għad‑data personali tiegħek (jew biex teżerċita xi drittijiet oħra speċifikati hawn fuq). Madankollu, aħna nistgħu nitolbu ħlas raġonevoli jekk it‑talba tiegħek tkun manifestament bla bażi jew eċċessiva, b’mod partikolari minħabba natura ripetittiva. F’dawn iċ‑ċirkostanzi, aħna nirriżervaw id‑dritt li nirrifjutaw li nilqgħu t‑talba tiegħek.

Nistgħu nitolbu informazzjoni speċifika mingħandek sabiex tgħinna nikkonfermaw l-identità tiegħek u nassiguraw id-dritt tiegħek li jkollok aċċess għad-data personali tiegħek (jew li teżerċita kwalunkwe drittijiet oħra tiegħek). Din hija miżura ta’ sigurtà biex tiżgura li d-data personali ma tiġix żvelata lil kwalunkwe persuna li m’għandhiex dritt li tirċeviha. Nistgħu wkoll nikkuntattjawk biex nitolbuk aktar informazzjoni fir-rigward tat-talba tiegħek biex tħaffef it-tweġiba tagħna.

Aħna kburin li nżommu d-data tiegħek sigura u se nieħdu l-miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa biex nipproteġu d-data tiegħek kontra l-ipproċessar mhux awtorizzat jew illegali, inkluż kontra telf aċċidentali, qerda, ħażna jew aċċess. Id-data personali tiegħek tinżamm f’files tal-karti jew elettronikament fuq is-sistemi tat-teknoloġija tagħna jew fuq is-sistemi tat-teknoloġija tal-fornituri tal-IT tagħna.

Jekk għandek xi lmenti dwar l-ipproċessar tad-data personali tiegħek, inti ġentilment mitlub/a li tikkuntattjana jew tikkuntattja l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tagħna fid-dettalji indikati ftit qabel. Int għandek ukoll id-dritt li tippreżenta lment mal-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data f’Malta (www.idpc.gov.mt).

Aġġornat l-aħħar fl-23 ta’ Frar 2020