Category: Avviż dwar il-privatezza – Elettriku

Ir‑riċevituri tad‑data personali tiegħek huma:

    • Individwi magħżulin fi ħdan il‑kumpanija tagħna, fuq bażi need‑to‑know,
    • Kwalunkwe entità li tgħinna sabiex nipprovdu s‑servizzi tagħna inklużi l‑fornituri tas‑servizzi tal‑IT,
    • Terzi persuni li jkollna niżvelaw l‑informazzjoni magħhom b’riżultat tar‑relazzjoni tagħna miegħek bħala l‑klijent tagħna,
    • Terzi persuni li jinkludu imma mhux limitati għal istituzzjonijiet governattivi u awtoritajiet li huma ta’ natura eżekuttiva, ġudizzjarja jew leġiżlattiva li jista’ jkollna niżvelaw l‑informazzjoni magħhom b’konsegwenza ta’obbligi legali imposti fuqna,
    • Istituzzjonijiet governattivi, ministeri u awtoritajiet u entitajiet pubbliċi oħra, li jitolbuna data personali speċifika li tirrigwarda lilek/lill-persuni li joqogħdu fir-residenza tiegħek, li aħna nikkontrollaw bħala l-Kontrolluri tad-Data personali. Din id-data personali tiġi kondiviża biss għal bżonnijiet miftiehma u speċifiċi, li jinkludu li jkunu għall-benefiċċju tiegħek, u jkunu mniżżla fil-Ftehim ta’ Kondiviżjoni tad-Data bejn il-partijiet. Ir-Riċevitur huwa kuntrattwalment marbut li jinfurmak b’din id-data kondiviża mingħandna,
    • Terzi persuni oħra li jista’ jkollna niżvelaw l‑informazzjoni magħhom b’konsegwenza ta’ obbligi legali imposti fuqna.

Nixtiequ ninfurmawk li aħna membri (“Membru”) ta’ Aġenzija ta’ Referenza tal-Kreditu (‘CRA’) f’Malta. Il-Membru ser jiproċessa d-data personali msemmija f’dan l-avviż skont il-leġiżlazzjoni applikabbli, b’mod partikolari, ir-Regolament [UE] 2016/679 (‘GDPR’), kif ukoll l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data personali. Jekk int bħala Klijent tagħna tikser il‑kuntratt ta’ bejnietna, il‑Membru għandu d‑dritt li jgħaddi l‑informazzjoni personali tiegħek lis‑CRA, kif ukoll lil kwalunkwe terzi persuni li nistgħu niżvelaw l‑informazzjoni magħhom b’konsegwenza ta’obbligi legali imposti fuqna.

F’każ li l‑informazzjoni personali tiegħek tiġi żvelata lis­CRA, bħala aġenzija ta’ referenza tal‑kreditu, titqies bħala Kontrollur tad‑data personali li hi tipproċessa fis‑sistemi tagħha, għall‑finijiet tal‑interessi leġittimi tagħha, fosthom li tippromwovi prattiċi responsabbli ta’ self.

Aħna ma niżvelawx id‑data personali tiegħek ma’ entitajiet li jinsabu barra mill‑Unjoni Ewropea jew miż‑Żona Ekonomika Ewropea.