Category: Avviż dwar il-privatezza – Ilma u Elettriku

Sakemm aħna nżommu d‑data personali tiegħek, id‑drittijiet fir‑rigward tad‑data personali tiegħek huma s‑segwenti:

  • Id‑dritt ta’ aċċess mis‑suġġett tad‑data – għandek id‑dritt li tivverifika d‑data personali li aħna nżommu dwarek u li tirċievi kopja ta’ din id‑data personali,
  • Id‑dritt għal tħassir – f’ċerti ċirkostanzi tista’ titlobna li nħassru d‑data personali li għandna dwarek,
  • Id‑dritt ta’ oġġezzjoni – għandek id‑dritt li toġġezzjona u li titlob li nwaqqfu l‑ipproċessar tad‑data personali tiegħek fejn aħna niddependu fuq l‑interessi leġittimi tagħna jew ta’ terzi persuni għall‑ipproċessar tad‑data personali tiegħek jew ta’ kompitu mwettaq fl‑interess pubbliku,
  • Id‑dritt għall‑portabbilità tad‑data – tista’ titlob li aħna nipprovdulek ċerta data personali li stajt għaddejt lilna, f’format strutturat, li huwa komuni u li jista’ jinqara minn magna. Fejn teknikament fattibbli, tista’ wkoll titlob li nittrasmettu tali data personali lill‑kontrollur ta’ terzi persuni indikat minnek,
  • Id‑dritt għar‑rettifika – għandek id‑dritt li taġġorna jew tikkoreġi kwalunkwe data personali li mhix preċiża li aħna nżommu dwarek,
  • Id‑dritt għar‑restrizzjoni tal‑ipproċessar – għandek id‑dritt li titlob li nwaqqfu l‑użu tad‑data personali tiegħek f’ċerti ċirkostanzi inkluż jekk inti temmen li aħna qed nipproċessawha illegalment jew jekk id‑data personali li għandna dwarek mhix preċiża,
  • Id‑dritt li tirtira l‑kunsens tiegħek – fejn l‑ipproċessar tagħna huwa bbażat fuq il‑kunsens tiegħek, għandek id‑dritt li tirtira l‑kunsens tiegħek. L‑irtirar tal‑kunsens tiegħek m’għandux jaffettwa l‑legalità tal‑ipproċessar ibbażat fuq il‑kunsens tiegħek qabel l‑irtirar tal‑kunsens tiegħek,
  • Id‑dritt li tkun infurmat dwar is‑sors – fejn id‑data personali li għandna dwarek ma ġietx ipprovduta lilna direttament minnek, jista’ jkollok ukoll id‑dritt li tkun infurmat dwar is‑sors li minnu toriġina d‑data personali tiegħek.

Id‑drittijiet tiegħek fir‑rigward tad‑data personali tiegħek mhumiex assoluti.

Jekk biħsiebek teżerċita wieħed jew aktar mid‑drittijiet tiegħek, għandek tavviċina lill‑Enemalta jew lill‑KSI skont jekk il‑kwistjoni tkunx relatata mas‑servizz tal‑ilma jew tal‑elettriku. Għandek tavviċina liż‑żewġ entitajiet jekk il‑kwistjoni tirrigwarda kemm is‑servizz tal‑ilma kif ukoll tal‑elettriku. Tista’ wkoll tikkuntattja lill‑ARMS Ltd, li tidderieġi t‑talba tiegħek lill‑Enemalta jew lill‑KSI skont kif applikabbli.

Minħabba li aħna kontrolluri konġunti tad‑data tiegħek, tista’ teżerċita d‑drittijiet tiegħek fir‑rigward ta’ u kontra kull wieħed mill‑Enemalta u l‑KSI b’mod konġunt jew ARMS Ltd bħala proċessur. Fil‑każ tal‑aħħar, ARMS Ltd, mingħajr dewmien żejjed, tinforma lill‑Enemalta u / jew KSI, skont il‑każ.

M’għandekx għalfejn tħallas tariffa biex ikollok aċċess għad‑data personali tiegħek (jew biex teżerċita xi drittijiet oħra speċifikati hawn fuq). Madankollu, aħna nistgħu nitolbu ħlas raġonevoli jekk it‑talba tiegħek tkun manifestament bla bażi jew eċċessiva, b’mod partikolari minħabba natura ripetittiva.  F’dawn iċ‑ċirkostanzi, aħna nirriżervaw id‑dritt li nirrifjutaw li nilqgħu t‑talba tiegħek.

Nistgħu nitolbu informazzjoni speċifika mingħandek sabiex tgħinna nikkonfermaw l‑identità tiegħek u nassiguraw id‑dritt tiegħek li jkollok aċċess għad‑data personali tiegħek (jew li teżerċita kwalunkwe drittijiet oħra tiegħek). Din hija miżura ta’ sigurtà biex tiżgura li d‑data personali ma tiġix żvelata lil kwalunkwe persuna li m’għandhiex dritt li tirċiviha. Nistgħu wkoll nikkuntattjawk biex nitolbuk aktar informazzjoni fir‑rigward tat‑talba tiegħek biex tħaffef it‑tweġiba tagħna.