Tiswijiet t’emerġenza f’ parti minn Triq Reġjonali

03.08.2021

Minħabba xogħlijiet b’urġenza fuq cable tal-elettriku ta’ vultaġġ għoli, ser ikollha tingħalaq karreġġata waħda fi Triq Mikiel Anton Vassalli f’San Ġiljan, magħrufa bħala Triq Reġjonali; minn ħdejn it-traffic lights ta’ Paceville fid-direzzjoni tal-mini tal-Kappara. Ix-xogħol se jkun qed isir bejn is-sitta tal-lejla (6pm) tal-lum it-Tlieta 3 t’Awwissu sas-sitta t’għada filgħodu (6am), l-Erbgħa 4 t’Awwissu.

L-istess karreġġata mistennija terġa’ tingħalaq għada l-Erbgħa 4 t’Awwissu fis-sitta ta’ flgħaxija (6pm), biex isiru ix-xogħlijiet neċessarji fil-wiċċ tat-triq.

Dawn ix-xogħolijiet huma essenzjali biex jassiguraw l-istabbilta’ tal-provvista tal-elettriku wara ħsarat li żviluppaw f’cable taħt l-art. Filwaqt li tirringrazzja lill-pubbliku għall-koperazzjoni tiegħu, l-Enemalta tiskuża ruħha għal kull inkonvenjent.