Proġett ta’ tisħiħ fil-pjazza tas-Suq fiż-Żejtun

03.10.2022

Fiż-Żejtun qegħdin inwettqu proġett ta’ €55,000 għat-tisħiħ tas-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku.

Bħala parti minn dan il-proġett tpoġġa low voltage feeder li bih il-klijenti tagħna, kemm familji kif ukoll negozji fl-inħawi tal-pjazza tas-suq taż-Żejtun ser ikollhom provvista tal-elettriku iktar stabbli.

Dan huwa proġett ieħor mill-pjan ta’ sitt snin li qegħdin inwettqu b’investiment ta’ 15-il miljun ewro fis-sena.