Koperazzjoni bejn l-Enemalta u l-Universita’ ta’ Malta

06.05.2022

Tisħiħ tal-koperazzjoni bejn l-Università ta’ Malta u l-Enemalta bis-saħħa ta’ ftehim li ġie ffirmat fil-05 ta’ Mejju 2022, bejn l-Enemalta u l-Fakultà tal-Inġinerija.

Il-ftehim jaħseb biex iż-żewġ entitajiet jikkollaboraw fi proġetti ta’ riċerka dwar il-ġenerazzjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku u t-teknoloġiji ġodda li qed jintużaw f’dawn l-oqsma.

Studenti tal-inġinerija elettrika ser ikollhom l-opportunità li jagħmlu esperjenza ta’ xogħol mal-inġiniera u t-tekniċi tal-Enemalta.

L-Enemalta u l-Università qablu wkoll li jippromovu l-istudji f’dan il-qasam ħalli l-pajjiż ikollu dejjem il-professjonisti meħtieġa f’dan il-qasam essenzjali għall-iżvilupp ekonomiku tal-pajjiż.