Investimenti fis-Sistema ta’ Distribuzzjoni fil-Baħrija

05.02.2022

L-Enemalta ħabbret proġett ta’ miljun ewro biex isaħħaħ il-provvista tad-dawl fil-Baħrija.

Dan l-investiment kien meħtieġ għaliex din il-komunita’ kibret minn ftit għexerien ta’ residenti għal mijiet.

B’dan l-investiment li għandu jitlesta qabel is-sajf li ġej tpoġġew żewġ kilometri ta’ cables ta’ vultaġġ għoli u se jiġu modenizzati s-substations.

Dan huwa wieħed minn sensiela ta’ proġetti li l-Enemalta qed tagħmel bħalissa f’diversi bnadi tal-pajjiż biex isaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku.