Xogħolijiet tal-Enemalta fi Triq Għajn Tuffieħa l-Imġarr

17.06.2021

Jinsab avvanzat ix-xogħol fuq proġett għat-tisħiħ tas-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku fl-inħawi tal-Imġarr f’Malta. Ix-xogħol jinvolvi t-tħaffir ta’ trinka biex jitpoġġa cable tal-11kV fi Triq Għajn Tuffieħa l-Imġarr.

Minħabba dax-xogħol li qed isir mill-kuntrattur tal-Enemalta, f’parti mit-triq it-traffiku qed jgħaddi minn karreġġjata waħda. L-Enemalta qed tagħmel l-almu tagħha biex ix-xogħol jitlesta fl-iqsar żmien possibbli.

L-Enemalta tiskuża  ruħha għal  kwalunkwe inkonvenjent.