Donazzjoni għal Puttinu mill-bejgħ tal-Figolli

22.04.2022

Is-somma sabiħa ta’ €7000 ġiet preżentata lill-Fondazzjoni Puttinu mill-bejgħ tal-figolli li sar lill-ħaddiema tal-Enemalta fil-ġranet qabel il-Għid il-Kbir.

Il-Preżentazzjoni saret mis-Sur Antoine Dalli lil Maryllis Mallia li f’isem l-Fondazzjoni Puttinu rringrazzjat lill-ħaddiema tal-Enemalta li kull sena jieħdu sehem f’din l-inizjattiva.

Mindu s-Sur Dalli beda din l-inizjattiva fejjieda, kompla jiżdied il-bejgħ tal-figolli fost il-ħaddiema tal-Enemalta, hekk li l-għotja finanzjarja lil Puttinu din is-sena kienet kważi 30 fil-mija aktar mis-sena li għaddiet meta kienet preżentata s-somma ta’ ftit aktar minn ħamest elef ewro.