Apprezzament għal professjonalita fit-tiswija tal-interconnector

24.11.2022

Ix-xogħol metakoluż tat-teknici abbord li fl-aħħar tliet ġimgħat ħadmu lejl u nhar biex isewwu l-interconnector ġie apprezzat mil-Kap Ezekuttiv tal-Enemalta Jonathan Cardona li flimkien ma uffiċjali għoli tal-kumpanija segwa l-aħħar fażi tat-tiswijiet abbord in-Nexans Aurora.

It-tiswijiet ġew finalizzati u saru t-testijiet fiż-żewġ direzzjonijiet bejn Malta u Sqallija biex ikun assigurat li l-interconnector jista’ jerġa jinxtegħel. Dan wara li inbidlet medda ta’ ftit aktar minn kilometru u nofs tal-cable. Ix-xogħol sar skont il-pjan u tlesta fiż-żmien skedat.