Taħlita ta’ sorsi ta’ l-enerġija fornuta minn Enemalta plc. fl- 2022

Il-‘Fuel Mix’ hija it-taħlita tal-fjuwils jew sorsi ta’ enerġija differenti li Enemalta plc. tuża biex tipprovdi l-elettriku lill-klijenti tagħha. It-taħlita tal-fjuwil għall-enerġija distribwita minn Enemalta plc. lill-klijenti Maltin għas-sena 2022, skont ir-regolament 5(a) ta’ l-ewwel skeda tar-regolamenti tas-suq tal-elettriku (S.L. 545.34), tidher fir-rappreżentazzjoni grafika u fit-tabella t’hawn taħt. Inkluż f’din it-tabella hemm ukoll ‘ic-CO2 emission factor’ li jikkorrispondi ma’ din it-taħlita tal-fjuwil, skont ir-regolament 5(b) ta’ l-ewwel skeda tar-regolamenti tas-suq tal-elettriku (S.L.545.34). Għal aktar informazzjoni dwar l-impatt ambjentali tal-provvista tal-elettriku tiegħek, jekk jogħġbok żur is-sit www.enemalta.com.mt jew ċempel fuq 80072224. Enemalta plc. tgħamel mil-aħjar biex iżżomm taħlita sigura ta’ sorsi tal-enerġija biex tiżgura forniment affidabbli tas-servizz tal-elettriku, filwaqt li tissodisfa l-limiti tal-emissjonijiet stabbiliti mill-Unjoni Ewropea.

Taħlita tal-fjuwil għall-enerġija distribwita minn Enemalta plc. lill-konsumaturi tagħha skont ir-regolament 5(a) ta’ l-ewwel skeda tar-regolamenti tas-suq tal-elettriku (S.L. 545.34)

Sorsi Primarji:    2021 2022
▪ Gass Naturali 70.64% 67.65%
▪ Sorsi Rinovabbli 6.87% 7.19%
▪ Prodotti Petroliferi 1.64% 2.01%
▪ Interconnector* 20.85% 23.15%
* Sorsi tal-Interconnector: 2021 2022
▪ Gass Naturali 63.61% 68.92%
▪ Sorsi Rinovabbli 10.81% 9.04%
▪ Faħam 12.94% 12.22%
▪ Prodotti Petroliferi 4.43% 4.47%
▪ Enerġija nukleari 6.42% 2.62%
▪ Sorsi oħrajn 1.79% 2.73%

L-Impatt ambjentali ta’ l-elettriku distribwit minn Enemalta plc. lill-konsumaturi tagħha skont ir-regolament 5(b) ta’ l-ewwel skeda tas-suq tal-elettriku (S.L. 545.34)   

2021 2022
▪Fattur ta’ emmisjonijiet ta’ CO2                                                                    388gCO2/kWh 391gCO2/kWh


Għal aktar informazzjoni fuq l-impatt ambjentali ta’ l-elettriku fornut jekk jogħġbok żur is-sit www.enemalta.com.mt jew ċempel fuq 8000 2224 . 

Image – viewingmalta.com