Proġett li jdawwal żewġ toroq fil-Mosta

26.02.2022

Żewġ toroq ewlenin fit-tarf tal-Mosta, Vjal Ragusa u Triq il-Fortizza li min-naħa tat-Telgħa ta’ Alla u Ommu jagħtu lejn il-pont tal-Mosta ser jigu mdawwla b’madwar 70 lampa LED.

L-Enemalta ġiet fdata b’dan il-progett li ser jibda fil-ġranet li ġejjin.

B’dan il-proġett ser titjieb is-siġurta f’dawn it-toroq kemm għas-sewwieqa u anke għall-pubbliku li juża’ dawn it-toroq distributorji.

Il-proġett qed jiġi ffinanzjat mill-Ministeru tal-Energija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostennibli.