Miexja kif ippjanata t-tiswija tal-interconnector

11.11.2022

It-tiswija fuq l-interconnector, wara l-inċident li seħħ f’Marzu li għadda, miexja kif ppjanat.

L-Inġiniera tagħna flimkien ma’ tan-Nexans issa qegħdin jaħdmu direttament fuq il-cable abbord il-vapur Nexans Aurora wara li dan itella’ minn qiegħ il-baħar l’barra mill-kosta Maltija.

Jekk kollox imur sew, huwa mistenni li dawn ix-xogħolijiet jitlestew sal-aħħar ta’ Novembru.