Avviż b’xejn permezz ta’ SMS 2018-11-27T09:58:35+00:00

Avviżi b’xejn permezz ta’ SMS / ittra elettronika

Abbona għas-sistema ta’ avviżi b’xejn tagħna sabiex tirċievi notifiki dwar kwalunkwe ħidma skedata ta’ manutenzjoni jew titjib tan-netwerk li tista’ taffettwa s-servizzi tal-elettriku fl-inħawi tiegħek.

Is-servizz jippermettilek li tagħżel it-toroq kollha li jinteressawk. Imbagħad tirċievi notifiki b’xejn permezz ta’ SMS u/jew b’ittra elettronika (kif tippreferi) jumejn qabel kwalunkwe xogħol li jkun skedat li jsir fiż-żoni indikati.

Il-manutenzjoni regolari tal-grid tal-elettriku hija proċess kontinwu essenzjali sabiex ikun assigurat netwerk ta’ distribuzzjoni sigur u affidabbli f’Malta u Għawdex, sabiex tipprovdi għad-domanda għall-elettriku li tinbidel f’żoni differenti u sabiex timminimizza r-riskji ta’ qtugħ tal-provvista u diffikultajiet oħra fis-servizz tal-elettriku tiegħek. Meta niskedaw dawn ix-xogħlijiet, aħna nfittxu li nidentifikaw dati u ħinijiet li jikkawżaw l-anqas inkonvenjent possibbli għall-klijenti tagħna, billi nikkunsidraw il-ħtiġijiet differenti taż-żoni affettwati.

Għall-assistenza, ikkuntattja lit-tim ta’ Għajnuna lill-Klijenti tagħna fuq 8007 2224.

 

Dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà 
Limitazzjoni tar-responsabbiltà

Filwaqt li nieħdu l-prekawzjonijiet kollha raġonevoli sabiex jinkludu informazzjoni preċiża u aġġornata fin-notifiki tal-qtugħ skedat fil-provvista permezz ta’ dan is-sit elettroniku jew permezz tas-Servizz ta’ Notifika b’SMS/Posta elettronika, wieħed m’għandux jibbaża fuq l-informazzjoni pprovduta bħala li hija bla żbalji jew eżatta. Aħna ma nagħmlu l-ebda rappreżentazzjoni jew garanzija dwar l-eżattezza jew il-kompletezza ta’ din l-informazzjoni, u ma naċċettaw ukoll l-ebda responsabbiltà għal xi żbalji jew ommissjonijiet. Għaldaqstant, ma naċċettaw l-ebda imputabbiltà jew responsabbiltà għall-azzjonijiet jew l-ommissjonijiet ta’ kwalunkwe utent ta’ dan is-sit elettroniku jew tas-Servizz ta’ Notifika b’SMS/Posta elettronika fir-rigward tal-kontenut fihom. L-informazzjoni kollha pprovduta permezz ta’ dawn il-kanali hija pprovduta “kif inhi” mingħajr l-ebda tip ta’ garanzija, espliċita jew impliċita, sal-massimu possibbli skont il-liġi. Fl-ebda każ ma nkunu responsabbli lejn xi parti għal kwalunkwe dannu jew telf inċidentali, indirett, inċidentali jew konsegwenzjali li jirriżulta mill-aċċess għal jew l-użu ta’ informazzjoni minn dan is-sit elettroniku jew is-Servizz ta’ Notifika b’SMS/Post elettronika, inkluż, mingħajr limitazzjoni, id-danni għat-telf tal-profitti, l-interruzzjoni tan-negozju, jew it-telf tal-informazzjoni.